Language of document : ECLI:EU:T:2021:646


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas6 ta’ Ottubru 2021 – AZ vs IlKummissjoni

(Kawża T196/19) (1)

“Għajnuna mill-Istat –Skema ta’ għajnuna implimentata mill-Ġermanja favur ċerti konsumaturi kbar tal-elettriku – Eżenzjoni mit-tariffi tan-network għall-perijodu 2012-2013 – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tal-għajnuna mogħtija – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Ammissibilità – Kunċett ta’ għajnuna – Riżorsi tal-Istat – Selettività – Ugwaljanza fit-trattament – Aspettattivi leġittimi”

1.      Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Data tal-pubblikazzjoni jew tal-komunikazzjoni – Data li fiha l-att sar magħruf – Natura sussidjarja – Atti li, bis-saħħa ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Rikors ippreżentat minn parti li ma hijiex id-destinatarja tad-deċiżjoni – Terminu kkalkolat mid-data tal-pubblikazzjoni

(is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 9 u Artikolu 32(3))

(ara l-punti 35-38, 40)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għajnuna mir-riżorsi tal-Istat – Kunċett ta’ riżorsi tal-Istat – Eżenzjoni mit-tariffi tan-network mogħtija lil ċerti konsumaturi kbar tal-elettriku – Kumpens għat-telf tad-dħul tal-ġestjonarji tan-network bl-introduzzjoni ta’ sovrataxxa imposta fuq ċerti konsumaturi finali u fuq il-fornituri tal-elettriku – Inklużjoni – Kundizzjonijiet – Sovrataxxa li tista’ tiġi mqabbla ma’ taxxa parafiskali – Kontroll statali fuq il-fondi miġbura permezz tas-sovrataxxa jew fuq il-ġestjonarji ta’ dawn il-fondi – Kundizzjonijiet alternattivi

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 56-74, 77)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ permezz tar-riżorsi tal-Istat imputabbli lill-Istat – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli nazzjonali – Assenza ta’ rilevanza

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 75, 76)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għajnuna mir-riżorsi tal-Istat – Kunċett ta’ riżorsi tal-Istat – Eżenzjoni mit-tariffi tan-network mogħtija lil ċerti konsumaturi kbar tal-elettriku – Kumpens għat-telf tad-dħul tal-ġestjonarji tan-network bl-introduzzjoni ta’ sovrataxxa imposta fuq ċerti konsumaturi finali u fuq il-fornituri tal-elettriku – Sovrataxxa mgħoddija kollha, permezz ta’ obbligu legali, fuq dawn id-debituri finali – Sovrataxxa li tista’ tiġi mqabbla ma’ taxxa parafiskali – Mekkaniżmu tas-sovrataxxa li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ riżorsi tal-Istat

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 78-98)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għajnuna mir-riżorsi tal-Istat – Kunċett ta’ riżorsi tal-Istat – Eżenzjoni mit-tariffi tan-network mogħtija lil ċerti konsumaturi kbar tal-elettriku – Kumpens għat-telf tad-dħul tal-ġestjonarji tan-network bl-introduzzjoni ta’ sovrataxxa imposta fuq ċerti konsumaturi finali u fuq il-fornituri tal-elettriku – Kontroll statali fuq il-mekkaniżmu sħiħ ta’ ġbir tas-sovrataxxa u ta’ attribuzzjoni tal-fondi ġġenerati – Kontroll statali fuq il-fondi miġbura permezz tas-sovrataxxa – Mekkaniżmu tas-sovrataxxa li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ riżorsi tal-Istat

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 99-114)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura li tagħti vantaġġ fiskali – Qafas ta’ referenza sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ vantaġġ – Delimitazzjoni materjali – Kriterji – Identifikazzjoni tas-sistema fiskali komuni jew normali

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 122-133)

7.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 108 TFUE – Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji – Assenza ħlief għal ċirkustanzi eċċezzjonali

(Artikolu 108(3) TFUE)

(ara l-punti 148-155)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

AZ hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


1 ĠU C 213, 24.6.2019