Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2013 – Boehringer Ingelheim International vs UASI - Lehning entreprise (ANGIPAX)

(Kawża T-368/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boehringer Ingelheim International GmbH (Ingelheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard u D. Slopek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lehning entreprise SARL (Sainte Barbe, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2013, fil-Każ R 571/2012-5 sa fejn din ippermettiet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ANGIPAX fir-rigward ta’ prodotti farmaċewtiċi u veterinarji u preparazzjonijiet għal kura tas-saħħa u medika; fungiċidi; sustanzi tad-dieta adattati għall-użu mediku; diżinfettanti, faxex kirurġiċi u materjali għall-infaxxar, materjali għall-ippakkjar tas-snien, preparazzjonijiet għall-qirda tad-dud; ikel għat-trabi; u

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż, jew - jekk il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni insostenn tal-konvenut - tordna li l-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-konvenut u mill-intervenjenti b’mod konġunt.Motivi u argumenti prinċipaliApplikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ANGIPAX” għal prodotti fil-klassi  5 – applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8 952 401Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “ANTISTAX” – reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 498 343 għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 28 u 3

0Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-

Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħhaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.