Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – Messi Cuccittini vs UASI – J.M.-E.V. e hijos (MESSI)
(Kawża T-554/14)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Lionel Andrés Messi Cuccittini (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Rivas Zurdo u M. Toro Gordillo, avuakti)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: J.M.-E.V. e hijos, SRL (Granollers, Spanja)
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ April 2014, fil-Każ R 1553/2013-1, sa fejn billi tiċħad l-appell tar-rikorrent din tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li tilqa l-oppożizzjoni B 1 938 458 u li tiċħad parzjalment ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 10 181 154 “MESSI” (figurattiva);
tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li jopponu r-rikors għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “MESSI” għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 25 u 28 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 181 154Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali Komunitarji “MASSI” għal prodotti fil-klassijiet 9, 25 u 28Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009