Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Frar 2011 - Formica vs UASI - Silicalia (CompacTop)

(Kawża T-82/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Formica, SA (Galdakao, Spanja) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Silicalia, SL (Valencia, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata n-nuqqas ta' konformità tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta' Diċembru 2010, fil-Każ R 1083/2010-1 mar-Regolament KE Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja;

taċċetta l-inklużjoni fir-reġistru tat-trade mark Komunitarja Nru 6 524 243 CompacTop, imħallta, għall-klassi 20 u,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, kif ukoll, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti insostenn tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "CompacTop" għall-prodotti fil-klassi 20.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Silicalia, SL.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade marks figurattivi Komunitarja u nazzjonali li jinkludu l-elementi verbali "COMPACquartz", "COMPACMARMOL&QUARTZ" u "COMPAC MARMOL&QUARTZ" għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 19, 27, 35, 37 u 39.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 sa fejn ma hemmx xebh u lanqas probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkontestati.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)