Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Jannar 2011 - Truvo Belgium vs UASI - AOL (TRUVO)

(Kawża T-77/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Truvo Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: O.F.A.W. van Haperen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AOL LLC (Dulles, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Novembru 2010 fil-Każ R 923/2009-2; u

tikkundanna lill-kovenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "TRUVO", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41 u 42 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5560099

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4756169 tat-trade mark figurattiva "TRUVEO" għal servizzi fil-klassi 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għas-servizzi kollha kkontestati fil-klassi 38 u 42, u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda għas-servizzi kollha kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, kif ukoll li hija nieqsa minn motivazzjoni xierqa jew inkella ma hijiex f'pożizzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti xierqa ta' proċeduri legali Ewropej, peress li l-Bord tal-Appell żbalja (i) fil-paragun tiegħu tas-servizzi, (ii) fil-paragun tiegħu tas-sinjali, (iii) fl-evalwazzjoni tiegħu tal-pubbliku rilevanti, u (iv) fl-evalwazzjoni tiegħu ta' probabbiltà ta' konfużjoni.

____________