Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ April 2021 – Dansk Akvakultur, għan-nom ta’ AquaPri A/S vs Miljø- og Fødevareklagenævnet

(Kawża C-278/21)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dansk Akvakultur, għan-nom ta’ AquaPri A/S

Konvenut: Miljø- og Fødevareklagenævnet

Intervenjent: Landbrug & Fødevarer (insostenn ta’ AquaPri A/S)

Domandi preliminari

L-[ewwel sentenza tal-]Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (Direttiva dwar il-Habitats) 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża preżenti li fiha tintalab awtorizzazzjoni sabiex jitkompla l-operat ta’ farm tal-ħut, fejn l-attività tal-farm tal-ħut u l-emissjoni tan-nitroġenu u ta’ nutrijenti oħra baqgħu l-istess meta mqabbla mal-attività u mal-emissjoni awtorizzati fl-2006, iżda fejn ma saret ebda evalwazzjoni tal-attività ġenerali u tal-effetti kumulattivi tal-farms tal-ħut kollha fiż-żona inkonnessjoni mal-awtorizzazzjoni preċedenti tal-farm tal-ħut, sa fejn l-awtoritajiet rilevanti eżaminaw biss l-emissjoni addizzjonali ġenerali tan-nitroġenu eċċ, mill-farm tal-ħut ikkonċernat?

Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għall-ewwel domanda, li l-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Baċir Idrografiku 2015-2021 jieħu inkunsiderazzjoni l-preżenza ta’ farms tal-ħut fiż-żona sa fejn jiżgura ammont speċifiku ta’ nitroġenu sabiex il-farms tal-ħut eżistenti fiż-żona jkunu jistgħu jużaw l-awtorizzazzjonijiet ta’ emissjonijiet preżenti tagħhom u li l-emissjonijiet attwali mill-farms tal-ħut jibqgħu fil-limiti stabbiliti?

Jekk, f’sitwazzjoni bħal dik tal-kawża preżenti, għandha ssir evalwazzjoni skont l-[ewwel sentenza tal-]Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Habitats, l-awtorità rilevanti hija rikjesta, inkonnessjoni ma’ din l-evalwazzjoni, li tieħu inkunsiderazzjoni l-limiti tal-emissjonijiet tan-nitroġenu previsti fil-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Baċir Idrografiku 2015-2021 u kwalunkwe informazzjoni oħra u evalwazzjonijiet rilevanti li jistgħu jirriżultaw mill-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Baċir Idrografiku jew mill-pjan Natura 2000 għaż-żona?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102