Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Alro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-517/12)1

(“Għajnuna mill-Istat – Elettriku – Tariffi preferenzjali – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Rikors għal annullament – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Miżura ta’ għajnuna totalment eżegwita, parzjalment, fid-data tad-deċiżjoni u, parzjalment, fid-data tal-preżentata tar-rikors – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alro SA (Slatina, ir-Rumanija) (rappreżentanti: C. Quigley, QC, O. Bretz, solicitor, u S. Verschuur, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 2517 finali, tal-25 ta’ April 2012, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat SA 33624 (2012/C) (ex 2011/NN) – Ir-Rumanija – Tariffi preferenzjali ta’ elettrikku favur Alro Slatina SA, u, sussidjarjament, talba għal annullament tad-Deċiżjoni C (2012) 2517 finali sa fejn din tapplika għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2009.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Alro SA hija kkundannata għall-ispejjeż.