Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Marzu 2010 – Eriksen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-516/08)
“Rikors għad-danni – Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tal-inċident nukleari ta’ Thule (il-Groenlandja) – Direttiva 96/29/Euratom – Nuqqas ta’ adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta’ miżuri kontra Stat Membru – Rikors manifestament infondat fid-dritt”
1. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Nuqqas ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; it-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 KEEA) (ara l-punt 24)
2. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Fatt li ma jikkostitwixxix illegalità (Artikolu 226 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Artikolu 141 KEEA) (ara l-punti 29, 30)
Suġġett
| Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu sostnut minħabba li l-Kummissjoni allegatament naqset milli tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tobbliga lir-Renju tad-Danimarka jadotta l-liġijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jippermettulu jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/KEEA, tat-13 ta’ Mejju 1996, li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 291) u japplika dawn id‑dispożizzjonijiet għall-ħaddiema involuti fl-inċident nukleari ta’ Thule (il‑Groenlandja). |
Dispożittiv
2) | | Heinz Helmuth Eriksen huwa kkundannat għall-ispejjeż. |