Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2010 - Eriksen vs Il-Kummissjoni
("Rikors għad-danni - Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tal-aċċident nukleari ta' Thule [il-Groenlandja] - Direttiva 96/29/KEEA - Nuqqas ta' adozzjoni mill-Kummissjoni ta' miżuri kontra Stat Membru - Rikors manifestament infondat fid-dritt")
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Heinz Helmuth Eriksen (Ebeltoft, id-Danimarka) (rappreżentant: I. Anderson, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: E. White u M. Patakia, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu sostnut minħabba li l-Kummissjoni allegatament naqset milli tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tobbliga lir-Renju tad-Danimarka jadotta l-liġijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jippermettulu jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/KEEA, tat-13 ta' Mejju 1996, li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 291) u japplika dawn id-dispożizzjonijiet għall-ħaddiema involuti fl-inċident nukleari ta' Thule (il-Groenlandja).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Heinz Helmuth Eriksen huwa kkundannat għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 44, 21.2.2009.