Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta' Jannar 2009 - Klein vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-32/08)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Pensjoni ta' invalidità - Mewt - Kunċett ta' tfal dipendenti - Artikolu 2 tal-Anness VII tal-Istatut - Allowance f'każ ta' mewt - Għotja f'każ ta' mewt - Pensjoni tal-orfni)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marie-Claude Klein (Grasse, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti]

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-4 ta' Mejju 2007 li tiċħad lir-rikorrenti l-benefiċċju ta' għotja f'każ ta' mewt, ta' allowance f'każ ta' mewt u ta' pensjoni tal-orfni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

M. Klein hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 116, 09.05.2008, p. 36.