Language of document : ECLI:EU:T:2011:554





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2011 – Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawża T-347/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Ċaħda ta’ talba għall-ħarsien tal-immunità ta’ membru tal-Parlament Ewropew – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 11-13)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Talba intiża li tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni amministrattiva negattiva - Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tirrifjuta talba għall-ħarsien tal-immunità ta’ wieħed mill-membri tiegħu - Sospensjoni li ma tistax tibdel is-sitwazzjoni tar-rikorrent - Nuqqas ta’ interess ġuridiku (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 16-20)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 21)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-10 ta’ Mejju 2011, li ma jitħarsux l-immunità u l-privileġġi tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.