Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Settembru 2012 - Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs UASI (VALORES DE FUTURO)

(Kawża T-428/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. de Oliveira Vaz Miranda Sousa u N. González-Alberto Rodríguez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-parti tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta' Lulju 2012, fil-Każ R 2299/2011-2, li tikkonferma r-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 408 758; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "VALORES DE FUTURO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36 u 41 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 408 758

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________