Language of document : ECLI:EU:T:2011:123





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – CheckMobile vs UASI (carcheck)

(Kawża T-14/10)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali carcheck – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 19, 20, 25, 26, 28)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Novembru 2009 (Każ R 595/2009-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali carcheck bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

CheckMobile GmbH – The Process Solution Company

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali carcheck għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38, 41, 42 u 45 ­– Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 7368681

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tal-eżaminatur annullata parzjalment


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CheckMobile GmbH – The Process Solution Company hija kkundannata għall-ispejjeż.