Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Višje sodišče v Mariboru (is-Slovenja) fit-30 ta’ Ġunju 2021 – FV vs NOVA KREDITNA BANKA MARIBOR d.d.

(Kawża C-405/21)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Višje sodišče v Mariboru

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FV

Konvenut: NOVA KREDITNA BANKA MARIBOR d.d.

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 , moqri flimkien mal-Artikoli 8 u 8a tal-imsemmija direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet tal-“buona fede” u tal-“[i]żbilanċ sinifikanti” bħala alternattivi (kundizzjonijiet distinti, awtonomi u indipendenti waħda mill-oħra) b’tali mod li sabiex jiġi deċiż il-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali huwa biżżejjed li jkunu jeżistu fatti determinanti li jirriżultaw minn waħda biss minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.