Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Lulju 2007 - Sanders et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/01)1

("Persunal impjegat ma' l-impriża konġunta JET - Applikazzjoni ta' status ġuridiku differenti minn dak ta' aġent temporanju - Kumpens għad-danni materjali subiti")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stephen G. Sanders (Oxfordshire, ir-Renju Unit) u l-94 rikorrenti l-oħra li isimhom jidhru fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: l-ewwel P. Roth, QC, I. Hutton, E. Mitrophanous u A. Howard, barristers, imbagħad P. Roth, I. Hutton u B. Lask, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Currall, aġent)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u A. Pilette, imbagħad J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

L-iffissar, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Ottubru 2004, Sanders et vs Il-Kummissjoni ( HYPERLINK "http://hermes.curia.eu.int:8080/cGTi/html/CelexUrl.html?command=DocNumber&lg=fr&source=Celex&numdoc=62001A0045&lg_dest=mt" T-45/01, Ġabra P. II-3315), ta' l-ammont tal-kumpens dovut għad-dannu finanzjarju subit minn kull wieħed mir-rikorrenti minħabba l-fatt li ma ġiex irreklutat bħala aġent temporanju tal-Komunitajiet Ewropej matul iż-żmien li ħadem ma' l-impriża konġunta Joint European Torus (JET).

Dispożittiv tas-sentenza

Il-Kummissjoni għandha tħallas lil kull wieħed mir-rikorrenti kumpens li jikkorrispondi għall-ammont indikat għal kull wieħed minnhom fil-kolonna (6) ta' l-Anness 3 ta' din is-sentenza.

Fuq dan l-ammont għandhom jitħallsu imgħaxijiet bir-rata ta' 5.25 % mill-31 ta' Diċembru 1999 sad-data tal-ħlas effettiv.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tar-rikorrenti relattivi għall-proċedura kollha quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 134, 5.5.2001.