Language of document : ECLI:EU:T:2010:547





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2010 – Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Forma ta’ ċerva taċ-ċikkulata)

(Kawża T-337/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ ċerva taċ-ċikkulata – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv - Trade mark tridimensjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 24, 41, 42, 46-48)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Gunju 2008 (Każ R 780/2005‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ ċerva taċ-ċikkulata bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark tridimensjonali, li tirrapreżenta ċerva taċ-ċikkulata, għal prodotti tal-klassi 30 – Applikazzjoni Nru 4098489

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG hija kkundannata għall-ispejjeż.