Language of document : ECLI:EU:T:2009:180





Digriet tal‑President tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 2009 – Z vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑173/09 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Aċċess ta’ terz ikkonċernat għal deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa u li għadha ma ġietx ippubblikata – Talba għal miżuri provviżorji – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 12, 13)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Seħħ ta’ dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 17, 18, 24)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Seħħ tad-dannu prinċipali – Assenza (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 27)

Suġġett

L-aċċess għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2009 fi proċeduri taħt l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.406 – Pajpijiet tal-baħar) u l-eliminazzjoni tal-isem tar-rikorrent fit-test ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda sa fejn għadha ma saritx bla skop.

2)

Dan id-digriet jannulla u jissostitwixxi d-digriet tas-6 ta’ Mejju 2009.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.