Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Diċembru 2011 - Heads! vs UASI (HEADS)

(Kawża T-639/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heads! GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz u T. Bösling, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta' Ottubru 2011 fil-Każ R 2348/2010-1, sa fejn tikkonċerna r-rifjut tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Nru 8 327 926 "HEADS", għal servizzi fil-klassijiet 35: "ġestjoni tan-negozju; amministrazzjoni kummerċjali; konsulenza għal kwistjonijiet relatati mal-persunal jew mat-tmexxija; marketing tal-persunal; disponibbiltà ta' persunal speċjalizzat u ta' diriġenti, tqegħid għad-dispożizzjoni ta' persunal speċjalizzat u ta' diriġenti għal perijodu determinat (ġestjoni għal perijodu determinat)";

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark verbali "HEADS" għal servizzi fil-klassi 35

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark inkwistjoni għandha karattru distintiv, u peress li l-Bord tal-Appell, fir-rigward tar-rifjut għar-reġistrazzjoni previst fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, li fuqu dan ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, ma adotta ebda pożizzjoni speċifika, ibbaża indebitament l-evalwazzjoni tiegħu stess fuq kombinazzjonijiet ta' kliem li ma jikkostitwixxux is-suġġett tal-applikazzjoni, adotta l-istess fehma tal-Bundespatentgericht u, il-konklużjonijiet li huwa silet mill-opinjoni tal-pubbliku rilevanti kienu żbaljati.

____________