Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Settembru 2012 - Heads! vs UASI (HEADS)

(Kawża T-639/11) 

("Trade mark Komunitarja - Rifjut ta' reġistrazzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heads! GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz u T. Bösling, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Ottubru 2011 (Każ R 2348/2010-1), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali "HEADS" bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 49, 18.02.2012