Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta̕ April 2013 - Boehringer Ingelheim International vs UASI (RELY-ABLE)

(Kawża T-640/11) 

["Trade mark Kommunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali RELY-ABLE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni superfluwa"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boehringer Ingelheim International GmbH (Ingelheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck u C. Steudtner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta' Settembru 2011 (Kawża R 756/2011-4), li tikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea tas-sinjal verbali RELY-ABLE.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Boehringer Ingelheim International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 58, 25.02.2012.