Language of document : ECLI:EU:T:2012:695

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

13 ta’ Diċembru 2012

Kawża T‑641/11 P

Harald Mische

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Klassifikazzjoni fi grad u fi skala — Kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Reklutaġġ mill-Parlament u trasferiment simultanju għall-Kummissjoni — Parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Appell manifestament infondat”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tad-29 ta’ Settembru 2011, Mische vs Il-Kummissjoni (F‑70/05), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv:      Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell sa fejn huwa indirizzat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tad-29 ta’ Settembru 2011, Mische vs Il-Kummissjoni (F‑70/05) peress li tiċħad it-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-11 ta’ Novembru 2004 sa fejn tiffissa l-klassifikazzjoni ta’ Harald Mische fil-grad A*6. Il-kumplament tal-appell huwa miċħud. Harald Mische għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

Sommarju

1.      Appell — Aggravji — Aggravji manifestament inammissibbli jew manifestament infondati — Ċaħda fi kwalunkwe ħin, permezz ta’ digriet motivat mingħajr proċedura orali

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 145)

2.      Appell — Interess ġuridiku — Eżami ex officio mill-Qorti Ġenerali — Fatt li seħħ wara s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jkun neħħielha n-natura preliminari tagħha għall-appellant — Appell li ma jistax jagħti ebda benefiċċju — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

3.      Appell — Aggravji — Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt ta’ raġunament tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

(Artikolu 257 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-inċiż c tal-ewwel subparagrafu tal-Artikoli 138(1))

4.      Uffiċjali — Reklutaġġ — Ħatra fi grad — Introduzzjoni ta’ struttura ġdida tal-karrieri permezz tar-Regolament Nru 723/2004 — Dispożizzjonijiet tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fi grad — Kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Membri tal-persunal temporanju li għaddew minn kompetizzjoni ġenerali — Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Anness XIII, Artikolu 5(4); Regolament tal-Kunsill Nru 723/2004)

5.      Uffiċjali — Ugwaljanza fit-trattament — Miżuri adottati minn istituzzjoni favur grupp ta’ persuni determinat fl-assenza ta’ obbligu legali — Impossibbiltà li jiġi invokat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kontra istituzzjoni oħra

6.      Appell — Aggravji — Aggravju fformulat kontra motiv tas-sentenza li ma huwiex neċessarju sabiex jiġi ġġustifikat id-dispożittiv tagħha — Aggravju ineffettiv

7.      Rikorsi tal-uffiċjali — Rikors għad-danni ppreżentat fl-assenza ta’ proċedura prekontenzjuża skont ir-Regolamenti tal-Persunal — Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

8.      Rikorsi tal-uffiċjali — Ġurisdizzjoni sħiħa — Possibbiltà li l-istituzzjoni konvenuta tiġi kkundannata ex officio għall-ħlas ta’ kumpens — Natura fakultattiva

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(1))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 25)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 10 ta’ Marzu 2008, Lebedef-Caponi vs Il-Kummissjoni, T‑233/07 P, ĠabraSP p. I‑B‑1‑3 u II‑B‑1‑19, punti 21 u 22

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 26)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 19 ta’ Ottubru 1995, SGL Carbon vs Il-Kummissjoni, C‑308/93 P, Ġabra p. I‑5977, punt 13; 27 ta’ Ottubru 2011, Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑605/10 P(R), mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 15

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 40)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 19 ta’ Lulju 2012, Kaimer et vs Il-Kummissjoni, C‑264/11 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata

4.      In-natura ta’ eċċezzjoni għal prinċipju ġenerali tar-regola tranżitorja li tikkostitwixxi l-Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal teżiġi li l-formulazzjoni tagħha tiġi interpretata strettament. Madankollu, interpretazzjoni litterali stretta tal-Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal teżiġi preċiżament li jiġi kkunsidrat li, minn naħa, din id-dispożizzjoni ma tirrigwardax membri tal-persunal temporanju li għaddew minn kompetizzjoni ġenerali, peress li din il-kompetizzjoni ma għandhiex normalment l-għan ta’ reklutaġġ f’kategorija oħra, u li, min-naħa l-oħra, il-formulazzjoni tagħha ma tħalli ebda marġni ta’ diskrezzjoni lill-amministrazzjoni sabiex tinterpretaha u tapplikaha b’mod differenti. Filwaqt li huwa minnu li l-membri tal-persunal temporanju, irrispettivament mit-tip ta’ kompetizzjoni li jagħmlu, jiddisponu minn ċerta esperjenza professjonali fi ħdan l-istituzzjonijiet, xorta waħda jibqa’ l-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni eskluda deliberatament mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal lill-membri tal-persunal temporanju li għaddew minn kompetizzjoni ġenerali. Madankollu, jekk il-benefiċċju ta’ din ir-regola tranżitorja eċċezzjonali kien irriżervat għall-membri tal-persunal temporanju li għaddew minn kompetizzjoni ġenerali sabiex jgħaddu minn kategorija għall-oħra jew minn kompetizzjoni interna, l-għan kien li dawn il-membri tal-persunal jiġu inkoraġġuti li jipparteċipaw f’dawn il-kompetizzjonijiet sabiex jiksbu l-ħatra bħala uffiċjal permanenti filwaqt li jiksbu wkoll trasferiment għal kategorija oħra. Min-naħa l-oħra, il-kompetizzjoni ġenerali hija miftuħa għall-persuni kkonċernati kollha, anki għal dawk minn barra l-istituzzjonijiet, u għalhekk ma hijiex maħsuba biex tgħaqqad ir-reklutaġġ u l-ħatra bħala uffiċjal permanenti ma’ tali trasferiment f’kategorija oħra. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemm ebda raġuni li ġġiegħel taħseb li l-leġiżlatur ried jestendi l-benefiċċju tas-sistema tal-Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal lill-membri tal-persunal temporanju li għaddew minn kompetizzjoni ġenerali. Minn dan isegwi li kandidat li għadda minn kompetizzjoni ġenerali ma jsibx ruħu f’sitwazzjoni ġuridika komparabbli għal dik ta’ kandidat li għadda minn kompetizzjoni għal trasferiment minn kategorija għal oħra jew minn kompetizzjoni interna. Fid-dawl tad-distinzjoni magħmula bejn dawn it-tipi ta’ kompetizzjoni u l-għan mixtieq mil-leġiżlatur tal-Unjoni, dan il-kandidat li għadda minn kompetizzjoni ma jistax jinvoka l-esperjenza professjonali u l-anzjanità miksuba bħala membru tal-persunal temporanju sabiex juri li huwa jinsab f’sitwzzjoni komparabbli għal dik ta’ dawn il-membri l-oħra tal-persunal temporanju, peress li l-leġiżlatur ma rrikonoxxiex dawn l-aspetti bħala li huma kriterji ta’ paragun jew ta’ differenzazzjoni legalment rilevanti u ma ħalla l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni lill-amministrazzjoni f’dan ir-rigward.

(ara l-punti 45 sa 47)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 5 ta’ Diċembru 1974, Van Belle vs Il-Kunsill, 176/73, Ġabra p. 1361, punt 8

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 8 ta’ Diċembru 2005, Reynolds vs Il-Parlament, T‑237/00, ĠabraSP p. I‑A‑385 u II‑1731, punt 101

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 49)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 16 ta’ Settembru 2009, Boudova et vs Il-Kummissjoni, T‑271/08 P, ĠabraSP p. I‑B‑1‑71 u II‑B‑1‑441, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 54)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 29 ta’ April 2004, Il-Kummissjoni vs CAS Succhi di Frutta, C‑496/99 P, Ġabra p. I‑3801, punt 68 u l-ġurisprudenza ċċitata

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 57 u 58)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 6 ta’ Novembru 1997, Liao vs Il-Kunsill, T‑15/96, ĠabraSP p. I‑A‑329 u II‑897, punti 57 u 58; 12 ta’ Diċembru 2002, Morello vs Il-Kummissjoni, T‑378/00, ĠabraSP p. I‑A‑311 u II‑1479, punt 102; 11 ta’ Mejju 2005, de Stefano vs Il-Kummissjoni, T‑25/03, ĠabraSP p. I‑A‑125 u II‑573, punt 78

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 60)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 5 ta’ Ġunju 1980, Oberthür vs Il-Kummissjoni, 24/79, Ġabra p. 1743, punt 14

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 8 ta’ Lulju 1998, Aquilino vs Il-Kunsill, T‑130/96, ĠabraSP p. I‑A‑351 u II‑1017, punt 39; 31 ta’ Marzu 2004, Girardot vs Il-Kummissjoni, T‑10/02, ĠabraSP p. I‑A‑109 u II‑483, punt 89; 15 ta’ Settembru 2005, Casini vs Il-Kummissjoni, T‑132/03, ĠabraSP p. I‑A‑253 u II‑1169, punt 101