Language of document : ECLI:EU:T:2012:397

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

4 ta’ Settembru 2012

Kawża T‑642/11 P

Harald Mische

vs

Il-Parlament Ewropew

u

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Klassifikazzjoni fi grad — Kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Żnaturament tal-fatti — Appell manifestament infondat”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011, Mische vs Il‑Parlament (F‑93/05), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. H. Mische għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest ta’ din l-istanza. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

Sommarju

1.      Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà –Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 257 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(1))

2.      Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 48(2) u 144)

3.      Appell — Aggravji — Aggravju indirizzat kontra raġuni superfluwa — Aggravju ineffettiv — Ċaħda

4.      Appell — Aggravji — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Użu mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ motivazzjoni impliċita — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet

(Artikolu 257 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53)

5.      Uffiċjali — Rikors — Talba għad-danni marbuta ma’ talba għal annullament — Ċaħda ta’ talba għal annullament li twassal għaċ-ċaħda tat-talba għad-danni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

6.      Uffiċjali — Rikors — Rikors għad-danni — Awtonomija fil-konfront tar-rikors għal annullament — Ammissibbiltà minkejja l-assenza ta’ proċedura prekontenzjuża konformi mar-Regolamenti tal-Persunal — Kundizzjoni — Talba għad-danni marbuta ma’ rikors għal annullament

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

1.      Mill-Artikolu 257 TFUE u mill-Artikolu 11(1) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-appell ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali għandu jkun limitat għal kwistjonijiet ta’ liġi. Għalhekk, il-qorti tal-ewwel istanza biss għandha l-ġurisdizzjoni biex tikkonstata l-fatti, ħlief fil-każ meta ineżattezza materjali tal-konstatazzjonijiet tagħha tirriżulta mill-atti tal-proċess mibgħuta lilha, u biex tevalwa dawn il-fatti, bla ħsara għall-każ ta’ żnaturament tal-provi prodotti quddiemha, fejn għandu jiġi ppreċiżat li tali żnaturament għandu jirriżulta b’mod manifest mill-atti tal-proċess, mingħajr il-ħtieġa li ssir evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi, jew saħansitra li tuża provi ġodda.

(ara l-punt 24)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 9 ta’ Diċembru 2009, Il‑Kummissjoni vs Birkhoff, T‑377/08 P, ĠabraSP p. I‑B‑1‑133 u II‑B‑1‑807, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata;10 ta’ Frar 2012, AG vs Il‑Parlament, T‑98/11 P, punti 45 u 46

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 37)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 25 ta’ Marzu 2010, Sviluppo Italia Basilicata vs Il-Kummissjoni, C‑414/08 P, Ġabra p. I‑2559, punt 114 u l-ġurisprudenza ċċitata

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 39)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 29 ta’ April 2004, Il-Kummissjoni vs CAS Succhi di Frutta, C‑496/99 P, Ġabra p. I‑3801, punt 68 u l-ġurisprudenza ċċitata

4.      Għalkemm it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huwa obbligat li jippubblika l-motivi tas-sentenzi tiegħu skont l-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, li japplika għalih abbażi tal-Artikolu 7(1) tal-Anness I tal-istess Statut, dan l-obbligu ta’ motivazzjoni ma jimponix fuqu li jipprovdi espożizzjoni eżawrjenti u punt b’punt tar-raġunijiet kollha artikolati mill-partijiet fil-kawża. Il-motivazzjoni tista’ tkun impliċita, bil-kundizzjoni li tippermetti lill-parti kkonċernata ssir taf ir-raġunijiet li għalihom il-qorti tal-ewwel istanza ma laqgħatx l-argumenti tagħha, u lill-qorti tal-appell li jkollha elementi suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha.

(ara l-punt 46)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 9 ta’ Settembru 2008, FIAMM et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, C‑120/06 P u C‑121/06 P, Ġabra p. I‑6513, punt 96; 2 ta’ April 2009, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni, C‑431/07 P, Ġabra p. I‑2665, punt 42

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 50 u 51)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 8 ta’ Ġunju 1993, Fiorani vs Il-Parlament, T‑50/92, Ġabra p. II‑555, punt 46; 17 ta’ Mejju 2006, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑241/03, ĠabraSP p. I‑A‑2‑111 u II‑A‑2‑517, punt 52; 11 ta’ Jannar 2012, Ben Ali vs Il-Kunsill, T‑301/11, punt 72

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 54)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 6 ta’ Novembru 1997, Liao vs Il-Kunsill, T‑15/96, ĠabraSP p. I‑A‑329 u II‑897, punti 57 u 58; 12 ta’ Diċembru 2002, Morello vs Il-Kummissjoni, T‑378/00, ĠabraSP p. I‑A‑311 u II‑1497, punt 102; 11 ta’ Mejju 2005, de Stefano vs Il‑Kummissjoni, T‑25/03, ĠabraSP p. I‑A‑125 u II‑573, punt 78