Language of document : ECLI:EU:C:2014:2315





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2014 — BestWater International

(Kawża C‑348/13) 1(1)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Soċjetà tal-informazzjoni — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Artikolu 3(1) — Komunikazzjoni lill-pubbliku — Kunċett — Links tal-Internet li jagħtu aċċess għal xogħlijiet protetti — Użu tat-teknika tal-‘framing’”

1.                     Domandi preliminari — Risposta li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza — Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99) (ara l-punt 12)

2.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29 — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Avviż lill-pubbliku — Kunċett — Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, fuq sit tal-Internet, ta’ links li tikklikkja fuqhom lejn xogħlijiet liberament disponibbli fuq sit tal-Internet ieħor — Esklużjoni — Użu tat-teknika tal-“framing” sabiex jiġi integrat fis-sit xogħol irkuprat minn sit ieħor — Assenza ta’ effett (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, Artikolu 3(1)) (ara l-punti 14-19 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

Is-sempliċi fatt li xogħol protett, liberament disponibbli fuq sit tal-Internet, jiġi inserit fuq sit tal-Internet ieħor permezz ta’ link li juża t-teknika tal-“framing”, bħal dik użata fil-kawża prinċipali, ma jistax jiġi kkwalifikat bħala “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, peress li x-xogħol inkwistjoni ma huwa la trażmess lil pubbliku ġdid u lanqas ikkomunikat skont metodu tekniku speċifiku, differenti minn dak tal-komunikazzjoni oriġinali.


1 – ĠU C 325, 9.11.2013.