Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ġunju 2008 - Iranian Tobacco Company vs L-UASI- AD Bulgartabac (TIR 20 FILTER CIGARETTES)

(Kawża T-245/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Iranian Tobacco Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: AD Bulgartabac Holding (Sofia, il-Bulgarija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-ewwel Bord ta' l-Appell tal-11 ta' April 2008 - R 0708/2007-1, notifikata fil-21 ta' April 2008;

tikkundanna l-parti intervenjenti għall-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati inklużi l-ispejjeż tal-proċedura prinċipali u dawk tal-konvenut;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta' April 2008 u dik tas-7 ta' Marzu 2007 - 1414C- u tikkonstata li t-talba mressqa mill-parti intervenjenti fit-8 ta' Novembru 2005 kienet inammissibbli.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : it-trade mark figurattiva "TIR 20 FILTER CIGARETTES" għal prodotti fil-klassi 34 (trade mark Komunitarja Nru 400 804).

Proprjetarja tat-trade mark Komunitarja : Iranian Tobacco Company

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja : AD Bulgartabac Holding.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni : l-annullament tat-trade mark Komunitarja kkonċernata.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell : ċaħda tar-rikors tar-rikorrenti

Motivi invokati : il-kundizzjonijiet ta' ammissibbiltà li għandhom jiġu eżaminati ex officio fir-rigward tat-talba ppreżentata minn AD Bulgartabac Holding ma ttieħdux in kunsiderazzjoni bi ksur tad-dritt Komunitarju, tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1 u ta' prinċipji oħrajn ta' proċedura.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1)