Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Awwissu 2008 - Melli Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-246/08 R)

("Miżuri provviżorji - Regolament (KE) Nru 423/2007 - Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Deċiżjoni tal-Kunsill - Miżura ta' ffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza - Nuqqas ta' dannu serju u irreperabbli")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Melli Bank plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Gordon, QC, J. Stratford, M. Hoskins, barristers, R. Gwynne u T. Din, solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u E. Finnegan, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenut : Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, aġenti, assistit minn S. Lee, barrister) u r-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u L. Butel, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-punt 4 tat-Tabella B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE tat-23 ta' Ġunju 2008 li timplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29) safejn Melli Bank plc hija inkluża fil-lista ta' persuni ġuridiċi, ta' l-entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________