Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2024 – WAAA vs CPVO – Teak Enterprises (Cripps Pink u Cripps Red)
(Kawża T-159/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Western Australian Agriculture Authority (WAAA) (South Perth, l-Awstralja) (rappreżentanti: T. Bouvet u C. Devinant, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Teak Enterprises Pty Limited (Applecross, l-Awstralja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-CPVO
Proprjetarju tad-drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Id-dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità kontenzjuża kkonċernata: Cripps Pink u Cripps Red varieties – id-drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità Nru 1640 u Nru 3425
Proċedimenti quddiem iċ-CPVO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tat-12 ta’ Jannar 2024 fil-każijiet magħquda A 019/2021 u A 020/2021.
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tbiddel id-deċiżoni kkontestata u ssostni ċ-CPVO bir-raġun;
ikkunsidrat li l-kundizzjonijiet imniżżla biex tiftaħ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ma jintlaħqux;
iddeċidiet li ma tiddikjarax il-varjetajiet Cripps Pink u Cripps Red nulli;
tikkundanna lil Teak Enterprises Pty Limited għall-ispejjeż tal-proċedimenti.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 53a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2009, flimkien mal-Artikolu 266 TFUE, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u d-dispożizzjonijiet dwar l-onus tal-prova;
Ksur tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 flimkien mal-Artikolu 53a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2009, flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar l-onus tal-prova.
____________