Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2024 – Quality is Our Recipe vs EUIPO – Granizados Maresme (Frosty)

(Kawża T-168/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Quality is Our Recipe LLC (Dublin, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Ortiz López u M. Polo Carreño, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Granizados Maresme SLL (Pineda de Mar, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Frosty – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 190 328

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 1086/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-opponent għall-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell li minnhom jirriżulta dan ir-rikors, inkluż l-ispejjeż sostnuti fil-kuntest ta’ dan tal-aħħar.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u evalwazzjoni żbaljata tal-prova tal-użu b’konformità mad-dispożizzjoni fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________