Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 – AJ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-80/10)

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Artikoli 43 u 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AJ (Waterloo, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

AJ għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni.