Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2012
Giannakouris vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-83/10) 1
(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura riċevuta minn sorsi oħra)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Konstantinos Giannakouris (Roodt-su-Syre, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, aġent, assistit minn E. Bourtzalas u E. Antypas, avukati)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-allowance tal-edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent peress li bintu tirċievi għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru taħt il-forma ta’ borża ta’ studju u ta’ self.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
K. Giannakouris huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
____________1 ĠU C 13, 15.01.2011, p. 38.