Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-3 ta’ Novembru 2020 – Apollo Tyres (Hungary) Kft. vs Innovációért és Technológiáért Felelős Miniszter

(Kawża C-575/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Apollo Tyres (Hungary) Kft.

Konvenut: Innovációért és Technológiáért Felelős Miniszter

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2003/87/KE 1 , b’mod partikolari l-punt 3 tal-Anness I tagħha, tista’ tiġi interpretata fis-sens li, sabiex jiġi deċiż dwar l-inklużjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (SSKE tal-UE) tal-kombustjoni ta’ kombustibbli li sseħħ fl-installazzjoni inkwistjoni, il-kalkolu tal-input termiku nominali totali tal-installazzjoni huwa affettwat mill-fatt li tagħmir li jifforma parti mill-imsemmija installazzjoni jaħdem b’limitazzjoni (fatt li ġie vverifikat)?

____________

1 Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).