Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – General Wire Spring vs EUIPO (GENERAL PIPE CLEANERS)
(Kawża T-151/22) 1
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali GENERAL PIPE CLEANERS – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: General Wire Spring Co. (McKees Rocks, Pennsylvanie, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Carrillo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: R. Raponi, aġent)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Jannar 2022 (Każ R 1452/2021-5).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
General Wire Spring Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________
1 ĠU C 198, 16.5.2022.