Language of document : ECLI:EU:F:2007:191

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

8 ta’ Novembru 2007

Kawża F-50/07 AJ

Valentina Hristova

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Għajnuna legali”

Suġġett: Talba li permezz tagħha V. Hristova titlob li tgawdi mill-benefiċċju tal-għajnuna legali, skond l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, applikabbli mutatis mutandis għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fid-data tal-preżentata tat-talba għal għajnuna legali, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752/KE, Euratom tat-2 ta’ Novembru 2004, li tistabbilixxi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea (ĠU L 333, p. 7), sabiex tressaq rikors li għandu bħala suġġett l-annullament tad-deċiżjoni tal-bord ta’ l-eżaminaturi tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/14/06, tat-3 ta’ April 2007, li ma tilqax il-kandidatura tagħha għall-imsemmija kompetizzjoni organizzata mill-Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (EPSO) għat-twaqqif ta’ lista ta’ riżerva ta’ reklutaġġ ta’ assistenti ta’ ċittadinanza Bulgara fil-qasam tas-segretarjat (ĠU C 145 A, p. 22).

Deċiżjoni: Il-benefiċċju tal-għajnuna legali jintlaqa’ fil-konfront tar-rikorrenti. Somma li tammonta għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għandha titħallas lill-avukati inkarigati sabiex jassistuha legalment, wara li tingħata prova ta’ l-infieq, li ma taqbiżx EUR 1000 għall-proċedura bil-miktub u EUR 1000 għall-proċedura orali. Angel Kerelov u Georgi Kerelov ġew inkarigati bħala avukati sabiex jirrappreżentaw lir-rikorrenti.

Sommarju

Proċedura – Talba għal għajnuna legali bla ħlas – Kundizzjonijiet għall-għoti

(Regoli tal-proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 94(1) sa(3), u 96(3); Deciżjoni tal-Kunsill 2004/752, Artikolu 3(4))