Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Diċembru 2011 - Morison Menon Chartered Accountants et vs Il-Kunsill

(Kawża T-656/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Morison Menon Chartered Accountants (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda); Morison Menon Chartered Accountants - Dubai Office (Dubai); u Morison Menon Chartered Accountants - Sharjah Office (Sharjah, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: H. Viaene, T. Ruys u D. Gillet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nruº1245/2011 tal-Kunsill, tal-1 ta' Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru°961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran 2 (ĠU L 319, p. 11) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta' Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran  (ĠU L 319, p. 71), sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għal ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti kif ukoll tal-ispejjeż tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq

    ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni min-naħa tal-Kunsill, kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, b'mod partikolari d-dritt għal smigħ u għal rimedju ġudizzjarju effettiv;

2.    It-tieni motiv huwa bbażat fuq

    żball manifest ta' evalwazzjoni min-naħa tal-Kunsill;

3.    It-tielet motiv huwa bbażat fuq

    ksur tad-dritt ta' proprjetà.

____________

1 - ĠU L319, 2.12.2011, p 11

2 - ĠU L319, 2.12.2011, p. 71