Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Settembru 2012 - Technion u Technion Research & Development Foundation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-657/11) 

("Rikors għal annullament - Sitt Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni - Ittra li tħabbar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirkupra l-ammonti aġġustati sabiex jiġi eżegwit kuntratt ta' finanzjament ta' riċerka - Atti li ma jistgħux jiġu separati mill-kuntratt - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża : il-Franċiż

Partijiet

Rikorreni: Technion - Israel Institute of Technology (Haïfa, l-Iżrael) u Technion Research & Development Foundation Ltd (Haïfa) (rappreżentanti: D. Grisay u D. Piccininno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Calciu u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tad-19 ta' Ottubru 2011, li tħabbar l-ħruġ ta' nota ta' debitu għar-rimbors ta' somma ta' EUR 97 106,72, li tikkorrispondi għall-ammont tas-sommom aġġustati għall-kuntratt Nru 034984 (Mosaica), skont il-konklużjonijiet tal-verifika finanzjarja fir-rigward, b'mod partikolari, ta' dan il-kuntratt, iffirmat fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni li jikkontribwixxi għat-twettiq taż-żona Ewropea ta' riċerka u ta' innovazzjoni (2002-2006).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Technion - Israel Institute of Technology u Technion Research & Development Foundation Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 73, 10.03.2012