Language of document : ECLI:EU:T:2013:466





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 —
British Telecommunications u BT Pension Scheme Trustees

vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T‑226/09 u T‑230/09)

“Għajnuna mill-Istat — Eżenzjoni parzjali tal-obbligu ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni lill-Fond għall-Ħarsien tal-Pensjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Riżorsi tal-Istat — Benefiċċju — Natura selettiva — Ksur tal-kompetizzjoni — Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Aspettattivi leġittimi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Implementazzjoni tal-għajnuna”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Natura selettiva tal-miżura — Eżenzjoni parzjali mill-obbligu li titħallas kontribuzzjoni lill-Fond għall-Ħarsien tal-Pensjonijiet — Inklużjoni — Miżura intiża biex tikkumpensa żvantaġġ strutturali li jikkonsisti fl-obbligi addizzjonali relattivi għall-pensjonijiet — Assenza ta’ effett — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Assenza — Ġustifikazzjoni bbażata fuq in-natura u l-istruttura tas-sistema — Assenza (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 41-43, 62, 76, 78, 86, 89, 93, 96-98, 121)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Assenza ta’ argumenti insostenn tat-talba — Riferenza ġenerali għall-elementi esposti fil-kuntest tal-ewwel motiv insostenn tat-tieni motiv — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 138, 232, 233)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 154-158, 169, 171, 175, 176)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (Artikoli 87(1) KE u 253 KE) (ara l-punti 159, 224-228)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għoti imputabbli lill-Istat ta’ vantaġġ permezz ta’ riżorsi tal-Istat — Vantaġġi li jinvolvu tnaqqis fil-baġit tal-Istat jew riskju ta’ tali tnaqqis — Garanzija tal-Istat li teżenta parzjalment mill-obbligu li titħallas kontribuzzjoni lill-Fond għall-Ħarsien tal-Pensjonijiet — Inklużjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 187-190, 212-216, 222)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat — Diffikultajiet affrontati mill-Istat — Dmir ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru — Portata (Artikoli 10 KE, 87 KE u 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1)) (ara l-punti 273-275)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/703/KE, tal-11 ta’ Frar 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 55/07 (ex NN 63/07, CP 106/06) implementata mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq – Garanzija pubblika lill-B[ritish] T[elecommunications] (ĠU L 242, p. 21).

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Fil-Kawża T‑226/09, British Telecommunications plc hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Fil-Kawża T‑230/09, BT Pension Scheme Trustees Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.