Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' April 2011 - Unites States Polo Association vs UASI - Textiles CMG (U.S. POLO ASSN.)

(Kawża T-228/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali U.S. POLO ASSN. - Trade mark Komunitarja u nazzjonali verbali preċedenti POLO-POLO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unites States Polo Association (Lexington, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr u T. Melchert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Textiles CMG, SA (Onteniente, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta' Marzu 2009 (Każ R 886/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Textiles CMG, SA u United States Polo Association.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

United States Polo Association hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 180, 01.08.2009.