Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Firenze (l-Italja) fil-15 taʼ Marzu 2013 - Paola C vs Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-122/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ordinario di Firenze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Paola C

Konvenut: Presidenza del Consiglio dei Ministri

Domanda preliminari

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2004/80/KE  għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu għal kumpens għall-vittmi ta' xi kategoriji ta' delitti vjolenti jew intenzjonali jew inkella jimponi fuq l-Istati Membri, skont l-imsemmija direttiva, li jadottaw sistema ta' kumpens għall-vittmi tad-delitti intenzjonali jew vjolenti kollha?

____________

1 - Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta' April 2004, li għandha x'taqsam ma' kupens għal vittmi ta' delitti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 65).