Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden - il-Ġermanja) – TV vs Land Hessen

(Kawża C-63/22) 1

(Protezzjoni tad-data personali – Aġenzija ta’ informazzjoni (uffiċċju ta’ informazzjoni ekonomika) – Evalwazzjoni tas-solvenza (“scoring”) ta’ persuni fiżiċi abbażi ta’ informazzjoni mhux ivverifikata pprovduta minn kredituri – Legalità tat-trattament tad-data u responsabbiltà konġunta għal dan it-trattament)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TV

Konvenut: Land Hessen

Parti oħra: SCHUFA Holding AG

Dispożittiv

Il-Kawża C-63/22 hija kkanċellata mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.

____________

1     Data tal-preżentata: 1.2.2022.