Language of document : ECLI:EU:F:2007:108

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(L-Ewwel Awla)

20 ta’ Ġunju 2007

Kawża F-51/06

Sabrina Tesoka

vs

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Għajxien u tax-Xogħol (EUROFOUND)

“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Għajxien u tax-Xogħol – Riżenja – Rikors għal annullament u għal kumpens – Nuqqas ta’ deċiżjoni li tikkawża preġudizzju – Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skond l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu S. Tesoka titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-EUROFOUND, ta’ l-14 ta’ Ottubru 2005, li tiċħad it-talbiet tagħha intiżi sabiex tikseb kumpens li tallega li għandha dritt għalih minħabba t-tmiem ta’ l-impjieg tagħha fi ħdan il-Fondazzjoni kif ukoll, sabiex tikseb id-dokumenti li għandha bżonn sabiex tkun tista’ tibbenefika mis-sigurtà soċjali fil-pajjiż ta’ residenza tagħha, u min-naħa l-oħra, sabiex tikseb kumpens għad-danni.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Sommarju

1.      Uffiċjali – Rikors – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91; Regolament tal-Kunsill Nru 1365/75, Artikolu 17(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 91/88)

2.      Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(ċ))

1.      Huma biss dawk l-atti li jipproduċu effetti ġuridiċi vinkolanti li jistgħu jaffettwaw, direttament u individwalment, l-interessi tal-partijiet ikkonċernati billi jbiddlu, b’mod sostanzjali, il-pożizzjoni legali tagħhom, li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jikkawżaw preġudizzju fil-konfront tagħhom. Barra minn hekk, ċerti atti, anke jekk ma jaffettwawx l-interessi materjali jew il-grad ta’ l-uffiċjal in kwistjoni, jistgħu jitqiesu, b’kunsiderazzjoni għan-natura u l-funzjoni in kwistjoni u taċ-ċirkustanzi, bħala atti li jikkawżaw preġudizzju jekk huma jippreġudikaw l-interessi morali jew il-prospetti futuri tal-parti kkonċernata.

Dan mhuwiex il-każ fir-rigward ta’ ittra tad-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Għajxien u tax-Xogħol li fiha jindika l-impossibbiltà li jilqa’ t-talba ta’ ex membru tal-persunal temporanju sabiex tirtira d-deċiżjoni tagħha li tirriżenja. Fil-fatt, din l-ittra ma taffettwax is-sitwazzjoni legali tal-parti kkonċernata, peress li din is-sitwazzjoni ġiet effettivament iddeterminata mid-deċiżjoni tagħha li tirriżenja, li bdiet tapplika immedjatament.

Il-fatt li l-Fondazzjoni spjegat, fl-istess ittra, li ma kellhiex bżonn ta’ dokumenti mill-amministrazzjoni sabiex tipproċedi għal reġistrazzjoni mas-servizzi nazzjonali ta’ l-impjieg, lanqas ma jbiddel il-pożizzjoni legali tal-parti kkonċernata. Barra minn hekk, din l-ispjegazzjoni ma tistax tiġi interpretata bħala rifjut mill-amministrazzjoni li tibgħat dawn id-dokumenti.

(ara l-punti 39 sa 43)

Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja: 27 ta’ Ġunju 1973, Kley vs Il-Kummissjoni, 35/72, Ġabra p. 679, punti 4 u 5; 29 ta’ Ottubru 1981, Arning vs Il-Kummissjoni, 125/80, Ġabra p. 2539, punt 17; 3 ta’ Diċembru 1992, Moat vs Il-Kummissjoni, C-32/92 P, Ġabra p. I‑6379, punt 9; 10 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Alvarez Moreno, C-373/04 P, Ġabra p. I‑1, punt 42

2.      Il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza ma jiġux issodisfatti mit-talbiet għall-annullament ta’ rikors imressaq minn ex membru tal-persunal temporanju intiż sabiex jinkisbu, mingħajr ebda speċifikazzjoni u f’termini mhux preċiżi, id-danni kollha u l-vantaġġi kollha, jiġifieri l-ammonti ta’ flus, li l-persuna kkonċernata tista titlob minħabba r-riżenja tagħha.

(ara l-punti 49 u 50)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 24 ta’ Marzu 1993, Benzler vs Il‑Kummissjoni, T-72/92, Ġabra p. II‑347, punti 16, 18 u 19