Language of document : ECLI:EU:T:2017:917





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Trautmann vs SEAE

(Kawża T-611/16)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni – Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Kundizzjonijiet għall-għoti – Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Frekwentazzjoni regolari u fuq bażi full-time ta’ stabbiliment ta’ edukazzjoni bi ħlas – Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ”

1.      Uffiċjali – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Obbligu li l-persuna kkonċernata tinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ att li jikkawżalha preġudizzju – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a))

(ara l-punt 30)

2.      Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punt 32)

3.      Uffiċjali – Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2); Regolamenti tal-Persunal, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 25 u Artikolu 90(2))

(ara l-punti 35-37)

4.      Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Frekwentazzjoni regolari u fuq bażi full-time

(Regolamenti tal-Persunal, Anness VII, Artikolu 3)

(ara l-punti 59-61, 63, 67)

5.      Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Stabbiliment skolari bi ħlas – Kunċett – Stabbiliment li la jeżiġi miżati marbuta mar-reġistrazzjoni u lanqas miżati marbuta mal-edukazzjoni – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Anness VII, Artikolu 3)

(ara l-punt 70)

6.      Uffiċjali – Remunerazzjoni – Sistema pekunjarja applikabbli għall-uffiċjali assenjati f’pajiż terz – Allowance tal-edukazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti

(Regolamenti tal-Persunal, Anness X, Artikolu 15)

(ara l-punti 75-77)

7.      Uffiċjali – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Kundizzjonijiet – Irregolarità evidenti tal-ħlas – Kriterji

(Regolamenti tal-Persunal, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 85)

(ara l-punti 106-109, 111-113)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-SEAE tat-18 ta’ Diċembru 2015 li tistma mill-ġdid l-ammont tal-allowance tal-edukazzjoni dovuta lir-rikorrent, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tat-12 ta’ Jannar 2016 li tirkupra, permezz ta’ ammonti miżmuma mir-remunerazzjoni, l-ammonti mħallsa indebitament lir-rikorrent, it-tielet nett, tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Mejju 2016 li tiċħad l-ilmenti mressqa kontra l-imsemmija deċiżjonijiet, u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tas-SEAE sabiex iħallas lura lir-rikorrent l-ammonti preċedentement imħallsa fir-rigward tad-dritt tiegħu għall-allowance tal-edukazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ernst Ulrich Trautmann huwa kkundannat għall-ispejjeż.