Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' April 2011 - Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-70/09) 1

"FEŻR - Dokument ta' programmar individwali li jirrigwarda r-reġjun Groningue-Drenthe - Deċiżjoni li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja u li tordna r-rimbors parzjali tas-somom imħallsa - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 23(1) u l-Artikolu 24(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88"

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Noort, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 8355, tal-11 ta' Diċembru 2008, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija fil-kuntest tad-dokument ta' programmar individwali Nru 97.07.13.003, li jaqa' taħt l-Objettiv 2, fir-rigward tar-reġjun Groninge-Drenthe, b'mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/711/KE, tas-26 ta' Mejju 1997.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 90, 18.4.2009.