Language of document : ECLI:EU:T:2010:1





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Jannar 2010 – Química Atlântica vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑71/09)

“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Teħid ta’ pożizzjoni – Rikors għad‑danni – Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ azzjoni qabel il-preżentata tar-rikors - Tmiem tas-suġġett tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (ara l-punti 28‑31)

2.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal‑Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal‑Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 35‑39)

Suġġett

Talba intiża sabiex jiġi kkonstatat nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni, sa fejn hija naqset illegalment milli tadotta l-miżuri neċessarji sabiex tarmonizza l-kriterji ta’ klassifikazzjoni tariffarja tal-fosfat tad-dikalċju, kif ukoll talba għar-rimbors tad-differenza bejn is-somom ta’ dazju doganali li r-rikorrenti ħalset sa mill-1995 u dawk derivanti mill-applikazzjoni tar-rata relatata mal-kodiċi tariffarju 28 35 25 90 għall-importazzjoni tal-fosfat tad-dikalċju mit-Tuneżija jew kumpens ta’ ammont ekwivalenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba ta’ intervent ta’ Timab Ibérica SL.

3)

Química Atlântica Lda għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal‑Kummissjoni Ewropea.