Language of document : ECLI:EU:T:2011:577





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 – Seven vs UASI – Seven for all mankind (SEVEN FOR ALL MANKIND)

(Kawża T-176/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SEVEN FOR ALL MANKIND – Trade marks Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti li fihom l-element verbali ‘seven’ – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah, irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 50, 55)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1514/2008‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Seven SpA u Seven for all mankind LLC.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-28 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1514/200 2), hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Seven SpA fil-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u dawk li hija sostniet fil-proċedimenti quddiem il‑Bord tal-Appell.

4)

Seven for all mankind LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha.