Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Lulju 2010 - Alcoa Transformazioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-177/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Tariffi preferenzjali ta' provvista ta' elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alcoa Transformazioni Srl (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, T. Müller-Ibold u F. Salerno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Di Bucci u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8112 finali, tad-19 ta' Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/A/2004 (ex NN 58/2004) u C 36/B/2006 (ex NN 38/2006), li ġew implementati mir-Repubblika Taljana favur Alcoa Transformazioni.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________