Language of document :

Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-17 ta' Diċembru 2008 - Wenig vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-80/08 R)

(Servizz pubbliku - Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni li tissospendi l-persuna kkonċernata mill-funzjonijiet tagħha - Urġenza - Nuqqas)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fritz Harald Wenig (Woluwé-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: G.-A. Dal, D. Voillemot, D. Bosquet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tat-18 ta' Settembru 2008, li permezz tagħha, il-Kummissjoni tissospendi lir-rikorrent u tordna li tinżamm is-somma ta' EUR 1000 fix-xahar mir-remunerazzjoni tiegħu għall-perijodu massimu ta' sitt xhur.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma riżervati.

____________