Language of document : ECLI:EU:T:2013:454





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 —
Oro Clean Chemie vs UASI – Merz Pharma (PROSEPT)

(Kawża T‑284/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PROSEPT — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Pursept — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Drittijiet tad-difiża — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Eżami limitat għall-motivi invokati — Obbligu għall-Uffiċċju li jqis bħala stabbiliti l-punti invokati minn parti mingħajr ma jitpoġġew indiskussjoni mill-parti l-oħra — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punt 17)

2.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni frażi tal-Artikolu 75) (ara l-punt 26)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 35, 64)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali PROSEPT u Pursept (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 46, 63, 65-67)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti — Impatt (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 69)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Marzu 2012 (Każ R 1053/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Merz Pharma GmbH & Co. KGaA u Oro Clean Chemie AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Oro Clean Chemie AG hija kkundannata għall-ispejjeż.