Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Inaporc vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-575/11) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Azzjonijiet immexxija minn kumitat interprofessjonali nazzjonali dwar il-ħnieżer – Finanzjament permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji magħmula obbligatorji – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Irtirar tad-deċiżjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Interprofession nationale porcine (Inaporc) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: H. Calvet, Y. Trifounovitch u C. Rexha, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Stromsky u S. Thomas, sussegwentement B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4376 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat NN 10/2010 – Franza – Taxxa intiża li tiffinanzja kumitat interprofessjonali nazzjonali dwar il-ħnieżer.DispożittivMa hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.