Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awissu 2008 - Pescazzurra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-316/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pescazzurra Srl (Messina, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 ippubblikat fil-ĠU L 155 tat-13 ta' Ġunju 2008.

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk imsemmija fil-kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.

____________