Language of document : ECLI:EU:T:2012:646





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2012 — Qualitest vs Il-Kunsill

(Kawża T‑421/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.                     Proċedura — Att li jħassar u jissostitwixxi l-att ikkontestat fil-mori tal-kawża — Talba għall-adattament tat-talbiet għal annullament — Obbligu tar-rikorrent li jippreżenta l-imsemmija talba fit-terminu ta’ xahrejn previst mis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Eċċezzjonijiet — Kundizzjonijiet (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 22-27)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Rekwiżiti minimi — Ksur — Annullament parzjali tal-att ikkontestat (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 36(3) u Nru 267/2012, Artikolu 46 (3)) (ara l-punti 32-34)

3.                     Unjoni Ewropea — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Rikors għal annullament ippreżentat minn entità kkonċernata minn deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi — Tqassim tal-oneru tal-prova — Stħarriġ ġudizzjarju (Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010 u Nru 267/2012) (ara l-punt 55)

4.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament parzjali ta’ żewġ regolamenti u ta’ deċiżjoni li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran — Dħul fis-seħħ tal-annullament tar-regolamenti mid-data tal-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell jew taċ-ċaħda tiegħu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE u Artikolu 280 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Regolamenti tal-Kunsill Nru 503/2011 u Nru 267/2012; Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/299) (ara l-punti 68, 69)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 65), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)

Sa fejn jikkonċernaw lil Qualitest FZE, huma annullati:

–        id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l‑Iran;

–        ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

–        ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/29 għandhom jinżammu, sa fejn jikkonċernaw lil Qualitest, sakemm jidħol fis-seħħ l-annullament tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 503/2011 u tar-Regolament Nru 267/2012.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Qualitest.

4)

4) Il‑Kummissjoni Ewropea għandha tbati l‑ispejjeż tagħha stess.