Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Computer Resources International (Luxembourg) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/11) 1

[“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi informatiċi għall-iżvilupp u manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Offerta anormalment baxxa – Artikolu 139(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Għażla tal-bażi legali – Użu ħażin ta’ poter”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Computer Resources International (Luxembourg) (Dommeldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Delaude u D. Calciu, sussegwentement minn S. Delaude, aġenti, assistiti minn E. Petritsi, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tat 22 ta’ Lulju 2011, li tiċħad l-offerti ppreżentati mill-konsorzju magħmul mir-rikorrenti u minn kumpannija oħra għal-lottijiet Nri 1 u 4 fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO 10340, li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ żvilupp u manutenzjoni ta’ softwer, konsulenza u assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika (ĠU 2011/S 66106099), u li tagħti l-kuntratti qafas lil offerenti oħra. DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Computer Resources International (Luxembourg) SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.